Rispett? Dan xi jkun?
Kultant joħorġu rapporti li qabel biss tiftaħhom diġà tkun taf x'fihom. Il-bieraħ, għad-dilettanti tas-sewwa, ħareġ rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar dwar kif il-Kunsilli Lokali jonfqu l-flus tal-poplu.
Rebħa għar-Residenti ta’ Marsaskala
Wara dak illi tħabbar mill-Prim Ministru waqt id-diskors tal-budget kmieni din il-ġimgħa, il-Marsaskala Residents Network tilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar illi ser jinbidlu l-pjanijiet lokali sabiex ma tkunx tista’ ssir marina f’Marsaskala.
Il-Mitjar f’Wied Żnuber
Il-kumitat tal-Għaqda Storja u Kultura Birzebbuġa ħa nota għad-diskors li għamel il-Prim Ministru l-Onor. Dr Robert Abela t-Tlieta 7 ta’ Novembru dwar l-iżvilupp ta’ mitjar tal-minjaturi f’Wied Żnuber.
Le għall-Fabbrika fl-Imqabba
L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tingħaqad mas-sentiment komuni li ħareġ wara l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jimxi impjant tat-tarmak għall-Imqabba, fl-inħawi magħrufa bħala x-Xagħri l-Imqalleb.
Talba għall-garanzija kontra ebda marina
Il-Marsaskala Residents Network (MRN) bagħat ittra lill-Prim Ministru Robert Abela, sabiex tkun assigurata l-bajja tal-lokalità minn kwalunkwe żvilupp ta’ yacht marina fil-futur.
It-Tniġġis tad-Dawl f’Birżebbuġa
Fl-aħħar ġimgħat l-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa ħadmet fuq dokument dwar it-tniġġis tad-dawl f’inħawi diversi ta’ Birżebbuġa, kemm fuq inħawi naturali ODZ u ta’ Natura 2000 kif ukoll fuq żoni residenzjali.