Għala biebkom? Tiġux wara tagħna
Xahar qabel l-elezzjoni, ir-residenti taż-Żurrieq jitolbu lill-kandidati elettorali biex ma jħabbtux biebhom.
Ittra miftuħa dwar l-Impjant tal-Qajjenza
L-Għaqda Storja u Kultura Birzebbuġa flimkien ma’ Marsaxlokk Heritage NGO kitbu ittra pubblika lill-Onorevoli Ministru Dr. Miriam Dalli rigward is-sit tal-eks impjant tal-gass fil-Qajjenza.
Żvilupp massiċċ ieħor fiż-Żurrieq
Irċevejna numru ta' messaġġi mingħand il-pubbliku dwar applikazzjoni ġdida ta' rezoning fiż-Żurrieq, bin-numru PC 00068/22 fl-inħawi magħrufa bħala tal-Bebbux.
Id-Drenaġġ tal-Bajja s-Sabiħa
Fid-dawl tal-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar sottomessa mill-Ministeru għat-Turiżmu sabiex issir riklamazzjoni tar-ramla tal-Bajja s-Sabiħa, l-Għaqda Storja u Kultura Birzebbuġa formalment kitbet lill-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Clayton Bartolo.
Appoġġ miż-Żurrieq għaż-Żejtun
L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tixtieq tesprimi s-sapport tagħha lill-għaqda Wirt Iż-Żejtun, li ilha 6 snin tikkumbatti sabiex ma titteħidx aktar art tajba għar-raba’ u spazji miftuħa f’Bulebel.
Eżempji li jkaxkru
“Bħal dan iż-żmien sentejn f’kampanja elettorali kont wegħedt li ż-Żonqor jingħata lura n-nies. Hekk għamilna."
Mhux dak biss ġara sentejn ilu.
Il-Protesta f’Santa Luċija
L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tappoġġja bis-sħiħ lir-residenti ta' Santa Luċija.
Il-Pressjoni Taħdem
Aktar kmieni llum l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni bin-numru PA/02177/22 għal żvilupp fuq sit li jinsab eżatt maġenb Għar Friefet, fil-Qajjenza.
Ingħaqdu magħna
Fl-aħħar xhur minn kemm ilha li twaqqfet l-Għaqda Residenti taż-Żurrieq, inħossu li bnejna komunità ta' ħbieb, ta' persuni li nħobbu lil raħalna u rriduh jibqa' sabiħ.