Il-Kollettiv

View Original

Ittra miftuħa dwar l-Impjant tal-Qajjenza

L-Għaqda Storja u Kultura Birzebbuġa flimkien ma’ Marsaxlokk Heritage NGO kitbu ittra pubblika lill-Onorevoli Ministru Dr. Miriam Dalli rigward is-sit tal-eks impjant tal-gass fil-Qajjenza.

F’din l-ittra il-Ministru Dalli ġiet mitluba tiżgura li s-sit li ġie meħlub minn kull aspett jibqa’ użat għall-ġid komuni tal-poplu Malti, b’mod speċjali għar-residenti tal-Qajjenza f’Birżebbuġa u dawk li jgħixu fl-inħawi tal-Port Ruman f’Marsaxlokk.

Bl-ebda mod dan is-sit pubbliku m’għandu jiġi mgħoddi lill-privat għall-gwadann personali.

Żgur li mhux ġust lejn dawn ir-residenti, li wara tant snin ibatu mill-inkonvenjenzi li dan l-impjant iġġenera, issa bħala kumpens jispiċċaw jgħixu fid-dell ta’ blokkok li jlaħħqu t-tmien sulari flimkien mal-inkonvenjent li l-iżvilupp propost se jkun qed ipoġġi fuq l-inħawi.

L-ebda imprenditur ma hu ikbar mill-poplu! Ara l-ittra f’din il-ħolqa.