Il-Kollettiv

View Original

Il-Pressjoni Taħdem

Aktar kmieni llum l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni bin-numru PA/02177/22 għal żvilupp fuq sit li jinsab eżatt maġenb Għar Friefet, fil-Qajjenza.

Din l-applikazzjoni, kieku għaddiet, setgħet tikkawża ħsara rreparabbli fuq l-istess għar b’valur ekoloġiku u arkeoloġiku. L-iżvilupp propost kien imur kontra tema T.O.8.7 fir-rigward tal-ħarsien tal-biodiversità, l-wirt storiku u kulturali, l-ġeoloġija u l-ġeomorfoloġija ta’ siti importanti bħalma hu Għar Friefet.

L-Għaqda Storja u Kultura Birzebbuġa flimkien mal-Kunsill Lokali Birżebbuġa u NGOs oħra oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp.

Grazzi lil dawk il-persuni li wieġbu għas-sejħa tagħna u oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp. - Flimkien niproteġu l-wirt storiku u naturali tagħna.