Dan huwa l-aqwa żmien…

Ir-ritorn ta' Muscat fil-politika għandu jsewwed qalb il-Laburisti ta' rieda tajba li ma jridu xejn x'jaqsmu mal-amministrazzjoni (inkluż tali Keith Schembri) li taħtha seħħ l-assassinju ta' Caruana Galizia, u li fetħet il-bibien biex f'pajjiżna jinħaslu flejjes maħmuġin daqs min qed jaħbihom.

Ritratt: Maltatoday

Il-miraklu ekonomiku, "l-Aqwa Żmien", ġie biss għal dawk li ma jqumux għax-xogħol kull filgħodu, u li problemi biex jaslu sal-aħħar tax-xahar m'għandhomx; ġie biss għall-familji, kuġini, CEOs u ħbieb tal-ħbieb li redgħu u għadhom jerdgħu minn fuq it-taxxi tagħna, biex ma jħallu lura xejn lill-pajjiż; għal dawk li qatt ma ħadmu minuta f'ħajjithom u llum iduru bil-jottijiet u l-karozzi lussużi li jisimhom "korruzzjoni".

Min qed jeqred bl-eluf ta' barranin li hawn f'pajjiżna, fosthom dawk li jiġbru ż-żibel u jirriskjaw li jiksru għonqhom kuljum fuq xi binja, għandhom jirringrazzjaw lil Muscat, kif ukoll lil bosta negozjanti Maltin li qed jisfruttaw lill-ħaddiema bis-saħħa tal-aġenziji.

Is-soluzzjoni mhijiex ir-reintegrazzjoni tal-immaġni ta' Muscat, jew il-vot lil-lemin estrem u l-aġenda ta' mibegħda tiegħu.

Wasal żmien niffukaw fuq il-kwistjonijiet li jolqtuna, mhux fl-ispettakli tal-kbarat.

Hemm bżonn nitkellmu fuq il-ġustizzja soċjali, id-drittijiet ċivili, u l-kwalità tal-ħajja, imma bis-serjetà u bir-reqqa, mingħajr proklami u protagoniżmi.

Jekk għandkom toħorġu tivvutaw f'Ġunju, ivvutaw lill-kunsilliera lokali jew sindki li tafdaw u li jaħdmu għalikom. It-triq biex nisfidaw l-eġemonija politika mhijiex dik li tagħti għal Strasbourg.

Previous
Previous

Name and Shame

Next
Next

Il-Protesta f’Santa Luċija