It-Tniġġis tad-Dawl f’Birżebbuġa
Fl-aħħar ġimgħat l-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa ħadmet fuq dokument dwar it-tniġġis tad-dawl f’inħawi diversi ta’ Birżebbuġa, kemm fuq inħawi naturali ODZ u ta’ Natura 2000 kif ukoll fuq żoni residenzjali.
Apparti li elenkajna dan it-tniġġis f’inħawi diversi, ipproponejna wkoll soluzzjonijiet plawsibbli.
Dan id-dokument intbgħat lill-Onorevoli Ministri Dr. Miriam Dalli (ambjent) u Silvio Schembri (responsabbli mill-INDIS). Kopja tiegħu ntbgħatet ukoll lir-rappreżentanti parlamentari tal-ħames distrett kif ukoll lill-Kunsill Lokali.
Nittamaw li b’din l-inizjattiva min-naħa tal-NGO tagħna, ikun hemm l-eżitu mixtieq.