Il-Kollettiv

View Original

Name and Shame

Ilbieraħ iċedi bini fil-Gżira li b'xorti tajba ma qatel lil ħadd; illum ħaddiem ta' 31 sena jinsab f'qagħda kritika wara li waqa' minn fuq sit ta' kostruzzjoni fil-Ħamrun.

Ritratt: James Bianchi/Maltatoday

Suċċess kbir tal-mudell ta' awtoregolamentazzjoni li qed jiftaħru bih l-iżviluppaturi, kif ukoll il-politika tal-Gvern li jċedi id kull darba li taparsi jitolbuh saba'.

Hemm bosta nies ħatja ta' dan kollu, inklużi l-awtoritajiet li ma jingħatawx riżorsi apposta, u jiġu mmexxija minn persuni li m'għandhomx ħajra għar-riformi.

Forsi n-name and shame fil-kostruzzjoni li kien ippropona l-Perit David Xuereb għandna nibdew napplikawh aħna, ġaladarba l-kbarat jitnejku mill-ħajja tal-ħaddiema u tar-residenti.

Għax fl-aħħar mill-aħħar, il-bwiet għall-kampanji l-iżviluppaturi jimlewhom; iżjed ma titqaħħab il-politika, iżjed imutu nies.