Il-Kollettiv

View Original

Straġi ġdida fl-Ippjanar

Il-Ministru għall-Ippjanar il-ġdid, Clint Camilleri, sa issa kien relattivament kwiet: bogħod mill-iskandli li laqtu ‘l uħud minn sħabu, il-Ministru li għandu l-kontroll ta’ Għawdex u tal-kaċċa ftit li xejn jissemma fl-aħbarijiet. Madankollu, fi Frar, bl-elezzjoni wara l-bieb, il-Ministru nħeba wara diskorsi fuq il-preżervazzjoni tad-distrett elettorali tiegħu, iżda fetaħ konsultazzjoni li se tirvina bosta rħula Maltin.

L-emenda fil-policy se tippermetti iżjed binjiet bħal din f’żoni fejn hemm bini baxx. Ritratt: Maltatoday

Xahar biss wara li Camilleri laħaq Ministru għall-Ippjanar, il-PA ħabbret “konsultazzjoni” pubblika fuq “riforma” tal-policy P35 tad-DC15, bl-għan li “jiġu eliminati l-inkonsistenzi” fl-interpretazzjoni tagħha. L-għan aħħari iżda huwa li jiżdied in-numru ta’ sulari li jistgħu jinbnew.

Dan qed isir permezz ta’ kalkolu kumpless li jinvolvi logħob bil-metri, u li se jispiċċa jiggarantixxi sulari żejda lil-lobby tal-kostruzzjoni. Bir-regoli proposti, żoni fejn hemm ħames sulari jistgħu jitilgħu għal iżjed dment li jikkonformaw mal-għoli stipulat fil-policy, u li se jwassal għal iżjed appartamenti b’soqfa baxxi.

Kien biss f’Ġunju - fil-ġimgħa tal-elezzjoni - li nfetħet it-tieni parti tal-konsultazzjoni, u minnufih ġie ċar li l-allegati inkonsistenzi qed jitranġaw biex il-bini jingħata spinta oħra.

Jekk tgħaddi din ir-riforma, bosta żoni f’Malta jinfetħu għall-iżvilupp ta’ ħames sulari, bir-riskju li jiġu rvinati rħula sħaħ, u biċ-ċertezza ta’ iżjed snin ta’ kostruzzjoni. Il-bidla fil-policy se twassal ukoll sabiex jiġu sanzjonati numru ta’ binjiet illegali, fosthom waħda fix-Xewkija.

Is-segretezza hija kruċjali: ir-regoli dwar l-għoli tal-bini kienu preċedentament għaddew bħala anness għad-DC15 u ma ġewx diskussi fil-Parlament. Anke hawn kien hemm bżonn velu ta’ ħabi: Camilleri, bħall-bqija tal-Gvern, konxju li l-poplu huwa mxebba’ bil-kostruzzjoni, kif ammetta anke l-Prim Ministru fl-analiżi tiegħu tax-xokk elettorali.

Għaldaqstant, f’tentattiv biex ipaxxi lil-lobby li ma fadlilhiex fejn tibni, din il-bidla fil-policy se tiżgura iżjed sulari għall-iżviluppaturi u inqas kwalità tal-ħajja għall-pubbliku.

Madankollu, jidher ċar li l-Gvern mhux lest ibiddel id-direzzjoni, anzi qed jaġevola dejjem iżjed lil-lobby tal-kostruzzjoni; bħas-soltu, skiet itarrax anke min-naħa tal-Oppożizzjoni.

Din l-Art Ħelwa qed iħeġġu lill-pubbliku joġġezzjona għal dan il-bidla fil-policy billi jibgħat email b’dan it-test fuq consultation_dc15@pa.org.mt sas-17 ta’ Ġunju:

I, the undersigned, do not agree with the proposed amendment of policy P35 of DC15.

The revision of policy P35 will result in an increase in the number of floors from those stipulated and deemed permissible through the Local Plans. This blanket increase of one floor on all sites designated as 1,2 or 3 floors threatens to undermine the architectural heritage, character and amenity of several towns and villages across Malta and Gozo.

The streets among those most affected by the policy change are those characterised by rows of traditional townhouses. The policy amendment will enable the approval of 5-storey apartment blocks on these typically low-lying streetscapes. In addition to negatively impact the visual harmony of these distinct locations, the policy change will transform several towns and villages into more crowded and congested areas than envisaged under current legislation.

We respectfully urge the Authority to retain the existing policy and adhere to the Local Plan limitations. Policy amendments must prioritise sustainable development that enhances, rather than diminishes, the distinctive charm and character of Malta and Gozo.