F’serje ta’ sitt episodji, niskopru x’inhu jiġri fis-settur tal-kostruzzjoni mil-lenti tal-vittmi tiegħu, b’ħarsa lejn ir-realtajiet tagħhom fit-tfittxija tagħhom għall-ġustizzja.

Miktuba minn Wayne Flask u ko-prodotta ma’ Maltatoday.

Din is-serje hija ħidma kollettiva volontarja bil-parteċipazzjoni ta’ Franco Rizzo, James Bianchi, Matthew Agius, Sonitus Eco, Sempliċiment tat-Triq, DJ Funky Monkey, Robert Farrugia, Mind’s Eye Dub, Brodu, Hunters Palace u l-Fakultà tat-Tisħiħ fis-Soċjetà tal-Università ta’ Malta.

EP1: Isabelle Bonnici

Omm Jean Paul Sofia titkellem dwar it-traġedja li qatlet lil binha f’Jannar tal-2023, u dwar dak kollu li ħabbtet wiċċha miegħu hija u tfittex il-ġustizzja.

F’April tal-2019, id-dar ta’ Caroline u Winston Micallef ċediet minħabba xogħlijiet biswit. Minn dakinhar ‘l hawn, ħajjithom ma baqatx l-istess, anke minħabba li l-awtoritajiet telquhom waħedhom.

EP2: Caroline Micallef

EP3: Lamin Jaiteh

Lamin waqa’ żewġ sulari meta ċeda biex scaffolding fuq sit fil-Mellieħa. Il-kuntrattur, flok ħadu l-isptar, telqu fuq bankina f’Selmun.

EP4: L-Iskjavi tal-Lum (1)

F’intervista ma’ Christian Inkum minn YMCA Malta nħarsu lejn kif qed jopera s-suq tal-iskjavitù moderna f’pajjiżna.

EP4: L-Iskjavi tal-Lum (2)

Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport Homeinclusration li xeħet dawl fuq l-isfruttament tal-immigranti, il-YMCA kienet il-mira ta’ allegazzjonijiet bla bażi.

EP5: Karmenu Micallef

Karmenu Micallef intlaqat minn trakk fi triq dejqa ħafna f’Birżebbuġa. Iżda jidher li hemm sforz biex l-impjegatur tiegħu ma jinżammx responsabbli.