Ghana ta’ Wġigħ

Wara t-tkeċċija ta' raġel mill-Ghana li ħallas it-taxxi u baqa' bla drittijiet, imut ħaddiem ieħor mill-istess pajjiż - sa issa bla isem - wara waqgħa f'sit ta' kostruzzjoni.

Ritratt: Maltatoday

Huwa ċar li Malta saret ċentru ta' sfruttament tal-immigranti. Għar-rabja kollha lejhom, it-Times illum tirrapporta li min ħoloq is-sistema ta' skjavitù moderna hemm ċans iġib eluf kbar ta' voti f'Ġunju; l-istess ex-PM li rriżenja minħabba l-assassinju ta' Caruana Galizia u mar jitlob xogħol lil Stivala.

Il-ħatja mhumiex dawk li fittxew ħajja aħjar - kif għamlu eluf ta' Maltin f'pajjiż ħaddieħor - iżda dawk li ġabuhom biex jiġu sfruttati u umiljati f'industrija li tiffaċilita l-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa, u li minn fuqha tiddependi l-elezzjoni ta' għexieren ta' kandidati.

Previous
Previous

Eżempji li jkaxkru

Next
Next

L-Arja ta’ Byron