Grazzi lil kulħadd
L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tixtieq tirringrazzjakom minn qalbha.
Nixtiequ nirringrazzjaw lil kulħadd - lil dawk li taw id-donazzjoni tagħhom kif ukoll lil dawk li jissapportjaw il-kawża tagħna. Nirringrazzjaw ukoll lill-Familja Schembri tal-ġest tagħhom magħna fi żmien diffiċli għalihom.
Għandna l-pjaċir inħabbru li bl-għajnuna tagħkom, ġbarna l-fondi meħtieġa sabiex nirrikorru legalment kontra PC/0049/19. Dan ifisser li nistgħu mmexxu bl-azzjonijiet legali li hemm bżonn sabiex niġġieldu dan l-iżvilupp.
Fil-ġejjieni se nħabbru attività ċkejkna mhux biss biex niċċelebraw iżda anke biex niltaqgħu magħkom.
Se nżommukom aġġornati b'dak kollu li għaddej fir-rigward tal-kawżi tagħna.
Meta kulħadd jingħaqad, bogħod mill-firda partiġġjana, kapaċi niksbu affarijiet kbar.