
Pressjoni fuq il-Punent
Il-Local Plans li nkitbu fl-2006 jittrasformaw liż-Żurrieq f’Wild West ta’ spekulazzjoni.

Iż-Żurrieq iqum kontra l-ħerba
Ir-residenti taż-Żurrieq iħabbru konferenza stampa kontra l-iżvilupp eċċessiv madwar iż-Żurrieq fid-dawl tal-proġett f’Tal-Bebbux.

Natius Farrugia jattakka lir-Residenti
“Ma ħaqqhomx importanza.” Il-Viċi Sindku jattakka lill-Għaqda Residenti taż-Żurrieq.

Għala biebkom? Tiġux wara tagħna
Xahar qabel l-elezzjoni, ir-residenti taż-Żurrieq jitolbu lill-kandidati elettorali biex ma jħabbtux biebhom.

Żvilupp massiċċ ieħor fiż-Żurrieq
Irċevejna numru ta' messaġġi mingħand il-pubbliku dwar applikazzjoni ġdida ta' rezoning fiż-Żurrieq, bin-numru PC 00068/22 fl-inħawi magħrufa bħala tal-Bebbux.

Appoġġ miż-Żurrieq għaż-Żejtun
L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tixtieq tesprimi s-sapport tagħha lill-għaqda Wirt Iż-Żejtun, li ilha 6 snin tikkumbatti sabiex ma titteħidx aktar art tajba għar-raba’ u spazji miftuħa f’Bulebel.

Il-Protesta f’Santa Luċija
L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tappoġġja bis-sħiħ lir-residenti ta' Santa Luċija.

Ingħaqdu magħna
Fl-aħħar xhur minn kemm ilha li twaqqfet l-Għaqda Residenti taż-Żurrieq, inħossu li bnejna komunità ta' ħbieb, ta' persuni li nħobbu lil raħalna u rriduh jibqa' sabiħ.