Żvilupp massiċċ ieħor fiż-Żurrieq
Irċevejna numru ta' messaġġi mingħand il-pubbliku dwar applikazzjoni ġdida ta' rezoning fiż-Żurrieq, bin-numru PC 00068/22 fl-inħawi magħrufa bħala tal-Bebbux.
Se nkunu qed nagħmlu l-oppożizzjoni tagħna għal dan l-iżvilupp u fil-ġranet li ġejjin ser nagħtu iżjed aġġornamenti.
Nistiednu lil dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw f'din il-kampanja sabiex jibagħtulna messaġġ fuq il-paġna tagħna jew permezz ta' email fuq zurrieqresidents@gmail.com
Għinuna ħalli jkollna vuċi waħda u b'saħħitha.
Grazzi lil kulħadd!