Id-Drenaġġ tal-Bajja s-Sabiħa

Fid-dawl tal-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bin-numbru PA/00448/24 sottomessa mill-Ministeru għat-Turiżmu, sabiex issir riklamazzjoni tar-ramla tal-Bajja s-Sabiħa, l-Għaqda Storja u Kultura Birzebbuġa formalment kitbet lill-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Clayton Bartolo sabiex jifhem il-ħsara li wettaq id-dredging li sar ‘l fuq minn tletin sena ilu, u japprezza li paprati bħal dawn m’humiex aċċettabli li jerġgħu jsiru.

Ritratt: Times of Malta

L-Għaqda bagħtet ukoll id-dokument li konna ħejjejna s-sena l-oħra dwar l-orriġini, s-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet ta’ din ir-ramla u tlabna sabiex l-istess Ministeru jirtira b’mod mill-aktar immedjat din l-applikazzjoni, u jħalli n-natura tagħmel xogħolha fuq din il-Bajja.

Dan id-dokument diġà ntbagħat lil diversi Ministri kkonċernati kif ukoll lis-Sindku u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.

Tista’ taċċessa dan id-dokument billi tagħfas fuq din il-ħolqa.

Previous
Previous

Żvilupp massiċċ ieħor fiż-Żurrieq

Next
Next

Appoġġ miż-Żurrieq għaż-Żejtun