Mill-Paroli għall-Fatti

L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tilqa’ din l-istqarrija tal-bieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament, li qal li l-Gvern se jikkunsidra jidħol hu fl-artijiet tiegħu li kienu ddaħħlu fil-Local Plans tal-2006 sabiex dawn flok jinbnew isiru spazji miftuħa għal kulħadd.

Ritratt: Eric Bartolo

“[...] bil-Pjan Lokali kif inhu, dawn huma artijiet pubbliċi tal-Lands Authority li jistgħu jinbnew […] ifisser li se nindividwalizzaw numru ta’ artijiet proprjetajiet tal-Gvern u flok ma fuqhom isir żvilupp mill-Gvern jew b’tender mill-privat isiru proġetti ħodor u ambjentali [...]”

Il-Local Plans tal-2006 kienu żball – għad hawn min jaħseb li ma kinux? – u meta tqis illum fejn ninsabu minħabba l-bini żejjed u insensat u d-deterjorament lill-kwalità tal-ħajja minħabba f’hekk, mela aħna nqisu din l-attitudni ġdida tal-awtoritajiet bħala waħda pożittiva, lejn it-triq it-tajba.

Huwa għalhekk li l-Għaqda Residenti taż-Żurrieq se tagħmel talba uffiċjali sabiex it-12-il tomna art fin-Nigret ma tibqax mhedda mill-iżvilupp massiċċ kif propost fl-applikazzjonijiet PC85/18 u PC 49/19, u b'hekk dawn jiġu kkunsidrati f’din l-idea l-ġdida.

Infakkrukom li dawn l-inħawi tan-Nigret mhedda mill-iżvilupp huma kważi kollha art tal-Gvern. L-Għaqda se nibqgħu moħħna hemm sabiex raħalna jibqa' sabiħ kif inhu.

Previous
Previous

What is active citizenship?

Next
Next

Rispett? Dan xi jkun?