Rebħa għar-Residenti fil-Qrendi u l-Imqabba
Ilbieraħ waqt avveniment għall-kampanja elettorali fiż-Żurrieq, il-Prim Ministru ħabbar li se tiġi rtirata l-applikazzjoni biex jinbena impjant tat-tarmak fil-konfini bejn il-Qrendi u l-Imqabba.

Le għall-Fabbrika fl-Imqabba
L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tingħaqad mas-sentiment komuni li ħareġ wara l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jimxi impjant tat-tarmak għall-Imqabba, fl-inħawi magħrufa bħala x-Xagħri l-Imqalleb.