Le għall-Fabbrika fl-Imqabba

L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq tingħaqad mas-sentiment komuni li ħareġ wara l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jimxi impjant tat-tarmak għall-Imqabba, fl-inħawi magħrufa bħala x-Xagħri l-Imqalleb: PA/06976/21.

Ma jagħmilx sens li impjant tat-tarmak li bħalissa qiegħed bogħod min-nies, jitmexxa biex imur xi mkien fejn hu tefgħa ta’ ġebla bogħod mir-residenti Mqabbin. Din hi kwistjoni ta’ saħħa pubblika.

Ningħaqdu mal-Kunsill Lokali tal-Imqabba li qed jistudja dan ir-rilokament, u noffru s-sapport kollu tagħna sabiex ir-residenti jibqgħu dejjem jiġu l-ewwel u jkollhom vuċi b’saħħitha kontra deċiżjonijiet li jitfgħu lura l-kwalità tal-ħajja.

Inħeġġu wkoll sabiex il-kunsilli lokali tal-akkwati jieħdu pożizzjoni kontra din l-applikazzjoni, għax wara kollox il-perikli għas-saħħa li jaf ikun hemm ibatuhom ukoll l-irħula tal-madwar.

Previous
Previous

Il-Mitjar f’Wied Żnuber

Next
Next

Talba għall-garanzija kontra ebda marina