
Bla Waqfien: l-Attakk fuq il-Kwalità tal-Ħajja
Wara l-elezzjoni tal-MEPs u l-Kunsilli Lokali, il-Prim Ministru Abela wiegħed li se jagħti każ tal-messaġġ li ntbgħatlu mill-poplu dwar ir-rieda għal kwalità tal-ħajja aħjar.
Iżda minn dak li qed iseħħ madwarna bħalissa jidher ċar li dan il-messaġġ waqa’ fuq widnejn torox. Il-Prim Ministru m’għandux il-ħeġġa li jieħu deċiżjonijiet iebsin favur is-soċjetà ċivili, u kontra l-lobby tal-bini li tinsab bla kontroll.

Kif se jagħlqu ħalq kulħadd (2)
Il-Gvern iwiegħed li jissospendi l-bini taħt appell, iżda minflok irid isikket lir-residenti billi juża lill-NGOs bħala tarka.

Kif se jagħlqu ħalq kulħadd (1)
L-iżviluppaturi jattakkaw l-NGOs, iżda l-Gvern qed jattakka direttament lir-residenti permezz tal-logħob bil-White Papers.

Proposals for a Planning Reform
The 2006 Local Plans are a set of planning regulations issued with the aim of regularising development in our towns.
While the Local Plans themselves were meant to protect our townscapes, the introduction of “rationalisation zones” - which opened up large swathes of virgin land for construction after ten years from the enactment of the Local Plans - were nothing more than a speculation exercise, and partly responsible for the building spree of the last years.
It-Talbiet għal riforma fl-Ippjanar
Numru ta’ gruppi tar-residenti jippreżentaw it-talbiet tagħhom lill-PM u l-Ministru tal-Ippjanar fir-rigward tar-riforma fl-ippjanar.
Lejn Riforma fl-Ippjanar
Numru mdaqqas ta’ għaqdiet tar-residenti ingħaqdu flimkien u sejħu lill-Gvern jibda reviżjoni tal-pjanijiet u l-politiki tal-ippjanar sabiex ikunu jirriflettu aktar ir-realtajiet li jaffaċċjaw ir-residenti llum.

Residenti magħqudin kontra l-Local Plans
Għaqdiet u residenti minn seba’ rħula differenti se jingħaqdu f’konferenza stampa biex jitolbu reviżjoni tal-Local Plans tal-2006.

Straġi ġdida fl-Ippjanar
Baxx baxx mingħajr ma nduna ħadd, Clint Camilleri jipproponi riforma li tippermetti l-bini ta’ iżjed sulari. L-impatt fuq l-irħula se jkun diżastruż.
Il-PA tressaq is-smigħ ta’ Ħal Safi
Wara konferenza stampa tar-residenti ta’ Ħal Safi ftit tal-ġranet ilu, l-Awtorità tal-Ippjanar ressqet is-smigħ ta’ PA/03176/22 għall-21 ta’ Ġunju.
Rebħa għar-Residenti fil-Qrendi u l-Imqabba
Ilbieraħ waqt avveniment għall-kampanja elettorali fiż-Żurrieq, il-Prim Ministru ħabbar li se tiġi rtirata l-applikazzjoni biex jinbena impjant tat-tarmak fil-konfini bejn il-Qrendi u l-Imqabba.