Lejn Riforma fl-Ippjanar
Numru mdaqqas ta’ għaqdiet tar-residenti ingħaqdu flimkien u sejħu lill-Gvern jibda reviżjoni tal-pjanijiet u l-politiki tal-ippjanar sabiex ikunu jirriflettu aktar ir-realtajiet li jaffaċċjaw ir-residenti llum.

Is-Saħħa għand il-Ftit
Fl-aħħar snin rajna ekonomija li kibret b’mod mgħaġġel, iżda din ma rriżultatx f’titjib fil-maġġoranza tal-ħajjiet tal-ħaddiema. Biex iżommu mal-kwalità tal-ħajja, bosta ħaddiema jagħmlu iktar minn xogħol wieħed: bħalissa għandna figura rekord fejn ħmistax fil-mija tal-ħaddiema jagħmlu xogħol full time u ieħor part time biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja.