Ingħaqdu magħna

Fl-aħħar xhur minn kemm ilha li twaqqfet l-Għaqda Residenti taż-Żurrieq, inħossu li bnejna komunità ta' ħbieb, ta' persuni li nħobbu lil raħalna u rriduh jibqa' sabiħ.

Kienu xhur impenjattivi, xhur li, minkejja ċ-ċokon tal-grupp, irnexxielna noħolqu pressjoni u nqajmu aktar kuxjenza maż-Żrieraq dwar l-importanza tal-istorja u l-art li fuqha ngħixu.

Donnu dawn in-naħat issa saru l-art il-ġdida fejn tista' tibni kemm trid għax ħadd ma jgħidlek xejn.

Aħna imma se nibqgħu ngħidulhom, u għalhekk hemm il-bżonn tal-għajnuna tagħkom.

Għalhekk, illum l-Għaqda Residenti taż-Żurrieq qed toħroġ sejħa għal min irid jingħaqad magħna u jikkontribwixxi. Nassigurawkom li aħna mhux xogħol biss, imma grupp ta' nies li naqsmu l-ideat tagħna flimkien, nidħku u nirrabjaw. Imma hemm l-imħabba għar-raħal li żżommna flimkien.

Min jixtieq jingħaqad, anki jekk bi ftit jew b'kemm jista' ħin, merħba bih. Ibagħtu email fuq zurrieqresidents@gmail.com u aħna nilqgħukom!

Previous
Previous

Il-Pressjoni Taħdem

Next
Next

What is active citizenship?