
Bla Waqfien: l-Attakk fuq il-Kwalità tal-Ħajja
Wara l-elezzjoni tal-MEPs u l-Kunsilli Lokali, il-Prim Ministru Abela wiegħed li se jagħti każ tal-messaġġ li ntbgħatlu mill-poplu dwar ir-rieda għal kwalità tal-ħajja aħjar.
Iżda minn dak li qed iseħħ madwarna bħalissa jidher ċar li dan il-messaġġ waqa’ fuq widnejn torox. Il-Prim Ministru m’għandux il-ħeġġa li jieħu deċiżjonijiet iebsin favur is-soċjetà ċivili, u kontra l-lobby tal-bini li tinsab bla kontroll.

Kif se jagħlqu ħalq kulħadd (2)
Il-Gvern iwiegħed li jissospendi l-bini taħt appell, iżda minflok irid isikket lir-residenti billi juża lill-NGOs bħala tarka.

Kif se jagħlqu ħalq kulħadd (1)
L-iżviluppaturi jattakkaw l-NGOs, iżda l-Gvern qed jattakka direttament lir-residenti permezz tal-logħob bil-White Papers.

Is-Safin jingħaqdu
Ir-residenti ta’ Ħal Safi jingħaqdu fil-ħidma kollettiva għall-ġid tar-raħal tagħhom.

Ingħaqdu magħna
Fl-aħħar xhur minn kemm ilha li twaqqfet l-Għaqda Residenti taż-Żurrieq, inħossu li bnejna komunità ta' ħbieb, ta' persuni li nħobbu lil raħalna u rriduh jibqa' sabiħ.
