
Id-Demokrazija hija ikbar minn elezzjoni
Fil-jiem qabel l-elezzjonijiet Ewropej, bħas-soltu, il-partiti ewlenin iħeġġu lill-poplu Malti joħroġ jivvota. Minbarra l-kandidati tal-ikbar tnejn, b’kollox hemm 39 kandidat fuq il-lista.

Balliju fuq il-Bankini
Anke dan is-sajf, in-negozjanti ta’ Marsaskala jisirqu l-ispazju tar-residenti, bl-għajnuna tal-awtoritajiet.
Il-PA tressaq is-smigħ ta’ Ħal Safi
Wara konferenza stampa tar-residenti ta’ Ħal Safi ftit tal-ġranet ilu, l-Awtorità tal-Ippjanar ressqet is-smigħ ta’ PA/03176/22 għall-21 ta’ Ġunju.

Total Football (4)
L-involviment ta’ Kevin Deguara bħala President ta’ Żabbar St Patrick’s ra lill-klabb jikseb post fil-Premier League Maltija, issa d-dominju tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat. Fl-isfond ta’ dan kollu għaddejja l-kampanja elettorali u l-logħba tat-tqegħid tal-pedini fl-irħula tan-nofsinhar ta’ Malta, fejn hemm “fortizzi” Laburisti li qed jaraw xi xquq.

Dak li s-Sindku nesa jgħid
Il-ġlieda għall-kontroll tal-Kunsill Lokali f’Wied il-Għajn hija storja bejn żewġ kandidati: Mario Calleja, li ilu Sindku mill-2006, u l-viċi tiegħu Janice Falzon, li kellha biss distakk ta’ 67 vot fl-elezzjoni tal-2019.

In-Numri tal-Isfruttament
Statistika ppreżentata fil-Parlament tindika li iżjed minn 1,600 impjegatur kisru r-regoli relatati mal-impjieg ta’ ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs). Kwart minn dawn l-impjegaturi huma operaturi fis-settur tal-ospitalità.

Total Football (3)
Fit-tielet parti tas-serje, klabb ieħor qed jinbiegħ lil sidien ġodda. Iżda mhux kulħadd kuntent bil-kompetizzjoni.
Pjanijiet Lokali: l-isfreġju wara l-Mina
Grupp ta’ residenti minn Ħal Safi lbieraħ iltaqgħu fi Triq San Pawl għal konferenza stampa fejn tkellmu kontra l-applikazzjoni sabiex jinbnew 29 appartament u stabbiliment kummerċjali (b’żewġ sulari garaxxijiet imħaffra taħthom) fid-daħla tar-raħal.

Il-BCA: mix-xejn sa fejn?
Il-Prim Ministru ħabbar din il-ġimgħa li l-Kabinett beda jaħdem fuq emendi legali li permezz tagħhom l-uffiċċju tal-Ombudsman se jkollu kompetenzi ġodda fil-qasam tal-kostruzzjoni. Fost oħrajn, Abela qal ukoll li l-Gvern irid joħloq servizz ta’ rapportar tal-illegalitajiet miftuħ 24 siegħa kuljum.

Total Football (2)
Fit-tieni parti ta’ din is-serje, aġenzija oħra tal-Gvern tintervjeni biex tgħin l-interessi ta’ Kevin Deguara, President ta’ Żabbar St Patrick’s taħt investigazzjoni minħabba l-iskandlu tal-Vitals.